Kawża T-89/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali 19 ta’ Ġunju 2018 – Erwin Müller vs EUIPO – Novus Tablet Technology Finland (NOVUS) [“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedura ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea NOVUS — Trade marks verbali u figurattivi tal-Unjoni Ewropea NOVUS u novus — Raġuni relattiva għal rifjut — Xebh tal-prodotti — Artikolu 8(1)(a) u (b) tar-Regolament Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(a) u (b) tar-Regolament (UE) 2017/1001] — Provi ppreżentati għall-ewwel darba quddiem il-Qorti Ġenerali”]
C2682018MT3520120180619MT0043352362
Sentenza tal-Qorti Ġenerali 19 ta’ Ġunju 2018 – Erwin Müller vs EUIPO – Novus Tablet Technology Finland (NOVUS)
(Kawża T-89/17) ( 1 )
“[“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedura ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea NOVUS — Trade marks verbali u figurattivi tal-Unjoni Ewropea NOVUS u novus — Raġuni relattiva għal rifjut — Xebh tal-prodotti — Artikolu 8(1)(a) u (b) tar-Regolament Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(a) u (b) tar-Regolament (UE) 2017/1001] — Provi ppreżentati għall-ewwel darba quddiem il-Qorti Ġenerali”]”2018/C 268/43Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Erwin Müller GmbH (Lingen, il-Ġermanja) (rappreżentant: N. Grüger, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Mensing u M. Fischer, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Novus Tablet Technology Finland Oy (Turku, il-Finlandja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ Novembru 2016 (Każ R 2413/2015-4) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Erwin Müller u Novus Tablet Technology Finland
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-28 ta’ Novembru 2016 (Każ R 2413/2015-4) hija annullata safejn din tikkonċerna “stands speċjali għat-telefons mobbli”, previsti fl-applikazzjoni għat-trademark.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Erwin Müller GmbH u l-EUIPO għandhom ibatu l-ispejjeż proprji tagħhom.
( 1 ) ĠU C 112, 10.4.2017.
Full & Egal Universal Law Academy