8.4.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 131/41
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Frar 2019 — L vs Il-Parlament
(Kawża T-91/17) (1)
(“Servizz Pubbliku - Assistenti parlamentari akkreditati - Leave tal-mard - Leave tal-mard imqatta’ barra mill-post ta’ assenjazzjoni - Assenza irregolari - Artikolu 60 tal-Istatut - Dmir ta’ diliġenza - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba”)
(2019/C 131/46)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: L (rappreżentant: I Coutant Peyre, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: M. Windisch u Í. Ní Riagáin Düro, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-31 ta’ Awwissu 2016 dwar ċerti assenzi mhux awtorizzati tar-rikorrent.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
L huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 32, 29.1.2018.
Full & Egal Universal Law Academy