29.10.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 392/25
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Settembru 2018 – Duferco Long Products vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-93/17) (1)
((“Għajnuna mill-Istat - Settur tal-azzar - Għajnuna mogħtija mill-Belġju lil diversi impriżi tas-settur tal-azzar - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha - Obbligu ta’ motivazzjoni - Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat - Vantaġġ - Kriterju tal-investitur privat”))
(2018/C 392/30)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Duferco Long Products SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: J.-F. Bellis, R. Luff u M. Favart, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: É. Gippini Fournier, V. Bottka u G. Luengo, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2041 tal-20 ta’ Jannar 2016 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.33926 2013/C (ex 2013/NN, 2011/CP) mogħtija mill-Belġju lil Duferco (ĠU 2016, L 314, p. 22).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Duferco Long Products SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 121, 18.4.2017.
Full & Egal Universal Law Academy