Kawża T-98/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Mejju 2018 – RT vs Il-Parlament (“Servizz pubbliku — Uffiċjali — Leave tal-mard — Artikolu 59(1) tar-Regolamenti tal-Persunal — Regoli interni dwar il-kontroll tal-assenzi matul ix-xogħol u dwar il-kontrolli perjodiċi tal-persistenza tal-mard — Ċertifikat mediku — Assenza ta’ firma u ta’ timbru tat-tabib — Konsultazzjoni medika mill-bogħod permezz tal-internet — Rifjut ta’ aċċettazzjoni”)
C2942018MT4410120180530MT0058441441
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Mejju 2018 – RT vs Il-Parlament
(Kawża T-98/17) ( 1 )
“(“Servizz pubbliku — Uffiċjali — Leave tal-mard — Artikolu 59(1) tar-Regolamenti tal-Persunal — Regoli interni dwar il-kontroll tal-assenzi matul ix-xogħol u dwar il-kontrolli perjodiċi tal-persistenza tal-mard — Ċertifikat mediku — Assenza ta’ firma u ta’ timbru tat-tabib — Konsultazzjoni medika mill-bogħod permezz tal-internet — Rifjut ta’ aċċettazzjoni”)”2018/C 294/58Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: RT (rappreżentant: C. Bernard-Glanz, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: J. Steele u E. Taneva, aġenti)
Suġġett
Talba bis-saħħa tal-Artikolu 270 TFUE intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament tat-30 ta’ Ġunju 2016 li tiċħad bħala inammissibbli ċertifikat mediku li jippreskrivi leave tal-mard dokument ippreżentat mir-rikorrent fis-27 ta’ Ġunju 2016.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta’ Ġunju 2016 li tiċħad bħala inammissibbli ċertifikat mediku li jippreskrivi leave tal-mard dokument ippreżentat minn RT fis-27 ta’ Ġunju 2016 hija annullata.
2)
Il-Parlament huwa kkundannat għall-ispejjeż.
( 1 ) ĠU C 129 tal-24.4.2017.
Full & Egal Universal Law Academy