25.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 72/23
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Diċembru 2018 – BTB Holding Investments u Duferco Participations Holding vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-100/17) (1)
((“Għajnuna mill-Istat - Settur tal-azzar - Għajnuna mogħtija mill-Belġju lil diversi impriżi tas-settur tal-azzar - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha - Obbligu ta’ motivazzjoni - Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat - Vantaġġ - Kriterju tal-investitur privat”))
(2019/C 72/29)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: BTB Holding Investments SA (il-Lussemburgu, il-Lussemburgu) u Duferco Participations Holding SA (il-Lussemburgu) (rappreżentanti: J.-F. Bellis, R. Luff, M. Favart u Q. Declève, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Bottka, G. Luengo u É. Gippini Fournier, aġenti)
Intervenjent insostenn tar-rikorrenti: Foreign Strategic Investments Holding (FSIH) (Liège, il-Belġju) (rappreżentanti: A. Verheyden u P. Laconte, avukati)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2041 tal-20 ta’ Jannar 2016 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.33926 2013/C (ex 2013/NN, 2011/CP) mogħtija mill-Belġju lil Duferco (ĠU 2016, L 314, p. 22).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
BTB Holding Investments SA u Duferco Participations Holding SA huma kkundannati għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 129, 24.4.2017.
Full & Egal Universal Law Academy