19.3.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 104/39
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Frar 2018 – Cantina e oleificio sociale di San Marzano vs EUIPO – Miguel Torres (SANTORO)
(Kawża T-102/17) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva SANTORO - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti SANGRE DE TORO - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”])
(2018/C 104/51)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Cantina e oleificio sociale di San Marzano (San Marzano di San Giuseppe, l-Italja) (rappreżentanti: inizjalment F. Jacobacci u E. Truffo, sussegwentement I. Carli, avuakti)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: P. Sipos, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Miguel Torres, SA (Vilafranca del Penedés, Spanja) (rappreżentant: J. Güell Serra, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-1 ta’ Diċembru 2016 (Każ R 2018/2015-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Miguel Torres u Cantina e oleificio sociale di San Marzano.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Cantina e oleificio sociale di San Marzano hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 121, 18.4.2017.