29.10.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 392/26
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2018 – Apple vs EUIPO – Apo International (apo)
(Kawża T-104/17) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea apo - Trade marks figurattivi preċedenti tal-Unjoni Ewropea li jirrappreżentaw tuffieħa u trade marks verbali preċedenti APPLE - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li saru l-Artikolu 8(1)(b) u l-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”))
(2018/C 392/32)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Apple Inc. (Cupertino, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: J. Olsen, P. Andreottola, solicitors u G. Tritton, barrister)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Ivanauskas u D. Walicka, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Apo International Co. Ltd (Tajpei, it-Tajwan)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-1 ta’ Diċembru 2016 (Każ R 698/2016-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Apple u Apo International.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-1 ta’ Diċembru 2016 (Każ R 698/2016-4) hija annullata.
2)
L-EUIPO huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 129, 24.4.2017.
Full & Egal Universal Law Academy