3.6.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 187/66
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ April 2019 — ClientEarth vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-108/17) (1)
(“REACH - Regolament (KE) Nru 1907/2006 - Bis(2-etileksil) ftalat (DEHP) - Talba għal eżami mill-ġdid intern ta’ deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq miċħuda bħala infondata - Żball ta’ liġi - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006”)
(2019/C 187/70)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: ClientEarth (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: A. Jones, barrister)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Gattinara, R. Lindenthal u K. Mifsud-Bonnici, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (rappreżentanti: M. Heikkilä u W. Broere, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-ittra tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Diċembru 2016 li permezz tagħha din l-istituzzjoni ċaħdet talba għal eżami mill-ġdid intern tat-2 ta’ Awwissu 2016 imressqa mir-rikorrenti kontra d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2016) 3549 final tas-16 ta’ Ġunju 2016 li tagħti awtorizzazzjoni għall-użi tal-bis(2-etileksil) ftalat (DEHP) skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
ClientEarth hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
3)
L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.
(1) ĠU C 121, 18.4.2017.
Full & Egal Universal Law Academy