3.12.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 436/41
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Ottubru 2018 – FCA US vs EUIPO – Busbridge (VIPER)
(Kawża T-109/17) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ invalidità - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea VIPER - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti VIPER - Użu ġenwin tat-trade mark preċedenti - Prodotti li għalihom intużat it-trade mark preċedenti - Iimportanza tal-użu tat-trade mark preċedenti - Artikolu 57(2) u (3) tar-Regolament KE Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 64(2) u (3) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”))
(2018/C 436/58)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: FCA US LLC (City of Auburn Hills, Michigan, l-Istati Uniti) (rappreżentant: C. Morcom, QC)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Hanf, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Robert Dennis Busbridge (Hookwood, ir-Renju Unit)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-1 ta’ Diċembru 2016 (Każ R 554/2016-1) dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn M. Busbridge u FCA US.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
FCA US LLS hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 121, 18.4.2017.