11.3.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 93/49
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Jannar 2019 – Computer Market vs EUIPO (COMPUTER MARKET)
(Kawża T-111/17) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea COMPUTER MARKET - Raġuni assoluta għal rifjut - Tardività fil-preżentata tal-att tar-rikors - Inammissibbiltà tar-rikors quddiem il-Bord tal-Appell - Artikolu 60 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 68 tar-Regolament (UE) 2017/1001] - Regola 49(1) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 [li sar l-Artikolu 23(1)(b) tar-Regolament Delegat (UE) 2018/625]”))
(2019/C 93/60)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Computer Market (Sofija, il-Bulgarija) (rappreżentant: B. Dimitrova, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Ivanauskas, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Diċembru 2016 (Każ R 1778/2016-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv COMPUTER MARKET bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Computer Market hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 213, 3.7.2017.
Full & Egal Universal Law Academy