22.10.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 381/23
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Settembru 2018 – Pelikan vs EUIPO – NBA Properties (NEW ORLEANS PELICANS)
(Kawża T-112/17) (1)
((“Trade mark tal – Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat – trade mark figurattiva tal – Unjoni Ewropea NEW ORLEANS PELICANS - Trade marks verbali preċedenti tal – Unjoni Ewropea u figurattivi nazzjonali preċedenti Pelikan - Artikolu 8(1)(b), u (5) tar – Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l – Artikolu 8(1)(b), u (5) tar – Regolament (UE) 2017/1001]”))
(2018/C 381/26)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Pelikan Vertriebsgesellschaft mbH & Co. KG (Hannovre, il-Ġermanja) (rappreżentant: U. Hildebrandt, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Gája u D. Walicka, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: NBA Properties, Inc. (New York, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: inizjalment M. Chapple, sussegwentement T. Elias, barristers)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ Diċembru 2016 (Każ R 408/2016-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Pelikan Vertriebsgesellschaft u NBA Properties.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Pelikan Vertriebsgesellschaft mbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 129, 24.4.2017.
Full & Egal Universal Law Academy