26.11.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 427/51
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Settembru 2018 – Spiegel–Verlag Rudolf Augstein u Sauga vs BĊE
(Kawża T-116/17) (1)
(“Aċċess għal dokumenti - Deċiżjoni 2004/258/KE - Dokumenti li jikkonċernaw id-dejn pubbliku u defiċit baġitarju ta’ Stat Membru - Rifjut ta’ aċċess - Eċċezzjonijiet dwar il-politika ekonomika tal-Unjoni u ta’ Stat Membru”)
(2018/C 427/65)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Spiegel-Verlag Rudolf Augstein GmbH & Co. KG (Hamburg, il-Ġermanja) u Michael Sauga (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Koreng u T. Feldmann, avukati)
Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (rappreżentanti: F. von Lindeiner u T. Filipova, aġenti, assistiti minn D. Sarmiento Ramírez-Escudero u L. E. Capiel, avukati)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament ta’ deċiżjoni tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE kkomunikata lir-rikorrenti permezz ta’ ittra tal-15 ta’ Diċembru 2016, li tiċħad it-talba tagħhom għal aċċess għal żewġ dokumenti li jikkonċeranaw id-defiċit u d-dejn pubbliku tar-Repubblika Ellenika.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Spiegel-Verlag Rudolf Augstein GmbH & Co. KG u Michael Sauga għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom stess, dawk sostnuti mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE).
(1) ĠU C 121, 18.4.2017.
Full & Egal Universal Law Academy