18.3.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 103/24
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Jannar 2019 – Proximus vs Il-Kunsill
(Kawża T-117/17) (1)
((Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura negozjata - Offerta l-iktar vantaġġuża ekonomikament - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Marġni ta’ diskrezzjoni tal-awtorità kontraenti - Legalità tal-metodu ta’ evalwazzjoni - Prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba))
(2019/C 103/30)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Proximus SA/NV (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: B. Schutyser, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Jaume u S. Cholakova, aġenti, assistiti minn P. de Bandt, P. Teerlinck u M. Gherghinaru, avukati)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kunsill tat-23 ta’ Diċembru 2016 li tagħti lil offerent ieħor il-kuntratt-qafas ta’ provvista ta’ servizzi fil-qasam taċ-ċibersigurtà [kunfidenzjali].
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Proximus SA/NV hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.
(1) ĠU C 151, 15.5.2017.
Full & Egal Universal Law Academy