26.3.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 112/30
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Frar 2018 – Institute for Direct Democracy in Europe vs Il-Parlament
(Kawża T-118/17) (1)
((“Dritt istituzzjonali - Parlament Ewropew - Deċiżjoni li jingħata sussidju lil fondazzjoni politika għas-sena finanzjarja 2017 u li tipprevedi l-prefinanzjament b’rata ta’ 33 % tal- ammont massimu tas-sussidju u l-obbligu li tingħata garanzija bankarja ta’ prefinanzajment - Rikors għal anmnullament - Att li jista’ jiġi kkontestat - Ammissibbiltà - Obbligu ta’ imparzjalità - Drittijiet tad-difiża - Regolament Finanzjarju - Regoli li jimplementaw ir-Regolament Finanzjarju - Regolament (KE) Nru 2004/2003 - Proporzjonalità”))
(2018/C 112/39)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Institute for Direct Democracy in Europe ASBL (IDDE) (il-Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: E. Plasschaert u É. Montens, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: C. Burgos u S. Alves, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew FINS-2017-28, tal-15 ta’ Diċembru 2016, dwar l-għoti ta’ sussidju lir-rikorrent, sa fejn din id-deċiżjoni tissospendi l-ħlas tal-imsemmi sussidju għas-sena finanzjarja 2017 u sa fejn tillimita l-prefinanzjament għal 33 % tal-ammont massimu tas-sussidju suġġett għall-għoti ta’ garanzija bankarja.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Institute for Direct Democracy in Europe ASBL (IDDE) għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll sostnuti mill-Parlament Ewropew, inklużi dawk marbuta mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.
(1) ĠU C 121, 18.4.2017.