7.1.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 4/26
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Ottubru 2018 – Devin vs EUIPO – Haskovo (DEVIN)
(Kawża T-122/17) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea DEVIN - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Isem ġeografiku - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)
(2019/C 4/35)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Devin AD (Devin, il-Bulgarija) (rappreżentant: B. Van Asbroeck, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Di Natale u D. Gája, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Haskovo Chamber of Commerce and Industry (Haskovo, il-Bulgarija) (rappreżentant: D. Dimitrova, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Diċembru 2016 (Każ R 579/2016-2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Devin AD u Haskovo Chamber of Commerce and Industry.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-2 ta’ Diċembru 2016 (Każ R 579/2016-2) hija annullata.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
L-EUIPO għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu stess, dawk esposti minn Devin AD.
4)
Haskovo Chamber of Commerce and Industry għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.
(1) ĠU C 121, 18.4.2017.