7.1.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 4/26
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Ottubru 2018 – DI vs EASO
(Kawża T-129/17 RENV)
(“Servizz pubbliku - Persunal tal-EASO - Membri tal-persunal bil-kuntratt - Kuntratt għal żmien determinat - Perijodu ta’ prova - Deċiżjoni ta’ tkeċċija fit-tmiem tal-perijodu ta’ prova - Regola ta’ konkordanza bejn ir-rikors u l-ilment - Responsabbiltà”)
(2019/C 4/36)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: DI (rappreżentanti: I. Vlaic u G. Iliescu, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil (rappreżentanti: W. Stevens, aġent, assistit minn D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u ntiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tad-direttur eżekuttiv tal-EASO tat-28 ta’ Frar 2013 ta’ tkeċċija tar-rikorrent fi tmiem il-perijodu ta’ prova tiegħu u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens għad-dannu li huwa nnifsu u l-familja tieghu sofrew.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess, inklużi dawk marbuta mal-Kawża F-113/13 u mal-Kawża T-730/15 P.