1.4.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 122/15
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Frar 2019 — Hércules Club de Fútbol vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-134/17) (1)
(Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti relatati ma’ proċedura ta’ stħarriġ tal-għajnuna mill-Istat - Rifjut ta’ aċċess - Lis pendens - Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-għanijiet ta’ spezzjoni, ta’ investigazzjoni u ta’ awditu - Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta’ terzi - Obbligu li ssir eżaminazzjoni konkreta u individwali - Interess pubbliku superjuri”)
(2019/C 122/16)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Hércules Club de Fútbol, SAD (Alicante, Spanja) (rappreżentanti: S. Rating u Y. Martínez Mata, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Baquero Cruz, G. Luengo u P. Němečková, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni finali C(2017) 736 tal-Kummissjoni, tat-2 ta’ Frar 2017, li tirrifjuta lil Hércules Club de Fútbol l-aċċess għal dokumenti relatati mal-proċedura ta’ stħarriġ tal-għajnuna mill-Istat SA.363872.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Hércules Club de Fútbol, SAD hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.
(1) ĠU C 144, 8.5.2017.