12.11.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 408/49
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Settembru 2018 – Mondi vs ACER
(Kawża T-146/17) (1)
((“Enerġija - Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-ACER - Ċaħda tat-talba għal intervent - Interess dirett u attwali fi tmiem il-proċedura - Dritt għal smigħ”))
(2018/C 408/62)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Mondi AG (Vienna, l-Awstrija) (rappreżentant: B. Rajal, avukat)
Konvenuta: L-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (rappreżentanti: P. Martinet u E. Tremmel, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: B. Majczyna, aġent)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-ACER tas-17 ta’ Frar 2017 li tiċħad it-talba għal intervent tar-rikorrenti fil-Kawża A-001-2017 (consolidated).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Mondi AG għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk tal-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER).
3)
Ir-Repubblika tal-Polonja għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.
(1) ĠU C 129, 24.4.2017.
Full & Egal Universal Law Academy