4.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 44/28
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Diċembru 2018 – Sumner vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-152/17) (1)
((“Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti li jirrigwardaw proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu miftuħa mill-Kummissjoni kontra l-Irlanda - Rifjut ta’ aċċess - Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni ta’ attivitajiet ta’ spezzjoni, ta’ investigazzjoni u ta’ awditu - Preżunzjoni ġenerali - Interess pubbliku superjuri”))
(2019/C 44/36)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Loreto Sumner (Leixlip, l-Irlanda) (rappreżentanti: J. MacGuill u E. Martin-Vignerte, solicitors)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Ehrbar u M. Konstantinidis, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: L-Irlanda (rappreżentanti: inizjalment A. Joyce u L. Williams, sussegwentement A. Joyce, M. Browne u G. Hodge, aġenti, assistiti minn A. Carroll, barrister)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 247 final tat-13 ta’ Jannar 2017 li tirrifjuta l-aċċess għad-dokumenti dwar il-proċedura ta’ ksur 2014/4131 kontra l-Irlanda li tirrigwarda l-applikazzjoni tad-Direttiva 2003/88/KE Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Loreto Sumner hija kkundannata għall-ispejjeż.
3)
L-Irlanda għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.
(1) ĠU C 144, 8.5.2017.
Full & Egal Universal Law Academy