25.11.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 399/40
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Settembru 2019 – FV vs Il-Kunsill
(Kawża T-153/17) (1)
(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Rapporti ta’ evalwazzjoni - Proċeduri ta’ evalwazzjoni 2014 u 2015 - Interess ġuridiku - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Dmir ta’ premura”)
(2019/C 399/47)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: FV (rappreżentant: S. Pappas, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u R. Meyer, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tar-rapporti ta’ evalwazzjoni tar-rikorrenti mfassla għall-perijodu bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Diċembru 2014 u għall-perijodu bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Diċembru 2015, kif adottati b’mod definittiv fil-5 ta’ Diċembru 2016.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
FV hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU C 382, 13.11.2017.
Full & Egal Universal Law Academy