23.4.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 142/50
Sentenza tal-Qorti Ġenerali 8 ta’ Marzu 2018 – Claro Sol Cleaning vs EUIPO – Solemo (Claro Sol Facility Services desde 1972)
(Kawża T-159/17) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva Claro Sol Facility Services desde 1972 - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti SOL - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”])
(2018/C 142/66)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Claro Sol Cleaning, SLU (Madrid, Spanja) (rappreżentant: N. Fernández Fernández-Pacheco, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: L. Rampini, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Solemo Oy (Helsinki, il-Finlandja) (rappreżentanti: M. Müller u A. Fottner, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, tad-9 ta’ Jannar 2017 (Każ R 478/2016-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Solemo u Claro Sol Cleaning.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tad-9 ta’ Jannar 2017 (Każ R 478/2016-1) hija annullata.
2)
Solemo Oy għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti minn Claro Sol Cleaning, SLU.
3)
L-EUIPO għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
(1) ĠU C 195, 19.6.2017