11.3.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 93/50
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Jannar 2019 – RY vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-160/17) (1)
((“Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Artikolu 2(ċ) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra - Kuntratt għal żmien indeterminat - Tkeċċija - Tkissir tar-rabta ta’ fiduċja - Dritt għal smigħ - Oneru tal-prova”))
(2019/C 93/62)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: RY (rappreżentanti: inizjalment J.-N. Louis u N. de Montigny, sussegwentement minn J.-N. Louis, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Berscheid u L. Radu Bouyon, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ April 2016 li xxolji l-kuntratt għal żmien indeterminat tar-rikorrent
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tas-27 ta’ April 2016 li xxolji l-kuntratt għal żmien indeterminat ta’ RY hija annullata.
2)
Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 144, 8.5.2017
Full & Egal Universal Law Academy