4.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 44/29
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Novembru 2018 – Le Pen vs Il-Parlament
(Kawża T-161/17) (1)
((“Leġiżlazzjoni dwar l-ispejjeż u l-allowances tad-deputati tal-Parlament Ewropew - Allowance ta’ assistenza parlamentari - Irkupru tal-ammonti mħallsa indebitament - Kompetenza tas-Segretarju Ġenerali - Drittijiet tad-difiża - Aspettattivi leġittimi - Obbligu ta’ motivazzjoni - Ugwaljanza fit-trattament - Użu ħażin ta’ poter - Żball ta’ fatt - Proporzjonalità”))
(2019/C 44/37)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Marion Le Pen (Saint-Cloud, Franza) (rappreżentanti: inizjalment M. Ceccaldi u J.-P. Le Moigne, sussegwentement M. Ceccaldi u fl-aħħar nett R. Bosselut, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: G. Corstens u S. Seyr, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament tas-6 ta’ Jannar 2017 dwar l-irkupru mingħand ir-rikorrenti ta’ somma ta’ EUR 41 554 imħallsa indebitament fir-rigward tal-assistenza parlamentari u tan-nota ta’ debitu marbuta ma’ dan l-irkupru tal-11 ta’ Jannar 2017.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Marion Le Pen hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk tal-Parlament Ewropew.
(1) ĠU C 151, 15.5.2017.
Full & Egal Universal Law Academy