3.12.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 436/42
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Ottubru 2018 – Apple and Pear Australia u Star Fruits Diffusion vs EUIPO – Pink Lady America (WILD PINK)
(Kawża T-164/17) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea WILD PINK - Trade marks verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea u nazzjonali PINK LADY - Trade marks figurattivi preċedenti tal-Unjoni Ewropea Pink Lady - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament 2017/1001)”))
(2018/C 436/59)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Apple and Pear Australia Ltd (Victoria, l-Awstralja) u Star Fruits Diffusion (Le Pontet, Franza) (rappreżentanti: T. de Haan, P. Péters u H. Abraham, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Ivanauskas u D. Walicka, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Pink Lady America LLC (Yakima, Washington, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: inizjalment R. Manno u S. Travaglio, sussegwentement R. Manno, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-10 ta’ Jannar 2017 (Każ R 87/2015-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Apple and Pear Australia u Star Fruits Diffusion, minn naħa, u Pink Lady America min-naħa l-oħra.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-10 ta’ Jannar 2017 (Każ R 87/2015-4) hija annullata.
2)
L-EUIPO għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll nofs l-ispejjeż sostnuti minn Apple and Pear Australia u minn Star Fruits Diffusion, inkluż nofs l-ispejjeż indispensabbli sostnuti minnhom għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO.
3)
Pink Lady America LLC għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll nofs l-ispejjeż sostnuti minn Apple and Pear Australia u minn Star Fruits Diffusion, inkluż nofs l-ispejjeż indispensabbli sostnuti minnhom għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO.
(1) ĠU C 144, 8.5.2017.
Full & Egal Universal Law Academy