Kawża T-165/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Ġunju 2018 – Emcur vs EUIPO – Emcure Pharmaceuticals (EMCURE) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea EMCURE — Trade marks verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea u Nazzjonali EMCUR — Raġuni relattiva għal rifjut — Xebh tal-prodotti u tas-servizzi — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”)
C2592018MT3320120180614MT0046332342
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Ġunju 2018 – Emcur vs EUIPO – Emcure Pharmaceuticals (EMCURE)
(Kawża T-165/17) ( 1 )
“(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea EMCURE — Trade marks verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea u Nazzjonali EMCUR — Raġuni relattiva għal rifjut — Xebh tal-prodotti u tas-servizzi — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”)”2018/C 259/46Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Emcur Gesundheitsmittel aus Bad Ems GmbH (Bad Ems, il-Ġermanja) (rappreżentant: K. Bröcker, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Rajh, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Emcure Pharmaceuticals Ltd (Bhosari, l-Indja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Diċembru 2016 (Każ R 790/2016-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Emcur Gesundheitsmittel aus Bad Ems GmbH u Emcure Pharmaceuticals Ltd.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-13 ta’ Diċembru 2016 (Każ R 790/2016-2) hija annullata f’dak li jirrigwarda s-servizzi fil-Klassijiet 42 u 44, fis-sens tal-Ftehim ta’ Nice dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali ta’ prodotti u servizzi għall-finijiet tar-reġistrazzjoni ta’ trade marks, tal-15 ta’ Ġunju 1957, kif rivedut u emendat.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
L-EUIPO u Emcur Gesundheitsmittel aus Bad Ems GmbH għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
( 1 ) ĠU C 129, 24.4.2017.
Full & Egal Universal Law Academy