18.3.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 103/24
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Jannar 2019 – EKETA vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-166/17) (1)
((“Klawżola ta’ arbitraġġ - Kuntratt Sensation konkluż fil-kuntest tas-Sitt Programm Qafas - Nefqa eliġibbli - Nota ta’ debitu maħruġa mill-konvenut għall-irkupru tas-somom mħallsa - Affidabbiltà tar-reġistri tal-ħinijiet - Kunflitti ta’ interess”))
(2019/C 103/31)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Ethniko Kentro Erevnas kai Technologikis Anaptyxis (EKETA) (Thessaloniki, il-Greċja) (rappreżentanti: V. Christianos u S. Paliou, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment A. Katsimerou, O. Verheecke u J. Estrada de Solà, sussegwentement A. Katsimerou, A. Kyratsou u O. Verheecke, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 272 TFUE u intiża għall-konstatazzjoni, minn naħa, li d-dejn imsemmi fin-nota ta’ debitu Nru 3241615291 tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Novembru 2016, skont liema r-rikorrenti kellha tirrimborsa lilha l-ammont ta’ EUR 197 799,52 mis-sussidju rċevut minnha għal studju fuq proġett ta’ riċerka msejjaħ Sensation huwa, fir-rigward tas-somma ta’ EUR 179 101,34, infondat u, min-naħa l-oħra, li l-ammont kontenzjuż jikkorrispondi ma’ nefqa eliġibbli li r-rikorrenti ma hijiex obbligata li tirrimborsa.
Dispożittiv
1)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tħallas lil Ethniko Kentro Erevnas kai Technologikis Anaptyxis (EKETA), l-ewwel nett, l-ammont ta’ EUR 19 522,57, li jikkorrispondi ma’ nefqa eliġibbli tal-persunal, miżjud bi spejjeż indiretti li huma relatati miegħu u b’interessi moratorji fuq dan l-ammont fir-rata ta’ 3,50 % sa mit-12 ta’ Mejju 2017 sal-ħlas sħiħ tiegħu; it-tieni nett, interessi moratorji fuq l-ammont ta’ EUR 2 950 fir-rata ta’ 3,50 %, ikkalkulati sa mit-12 ta’ Mejju 2017 sat-28 ta’ Novembru 2017 u, it-tielet nett, interessi moratorji fuq l-ammont ta’ EUR 8 988,21 fir-rata ta’ 3,50 % kkalkulati sa mit-12 ta’ Mejju 2017 sal-ħlas ta’ dan l-ammont fit-2 ta’ Ottubru 2017.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
EKETA għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess u disgħin fil-mija tal-ispejjeż tal-Kummissjoni, u l-Kummissjoni għandha tbati għaxra fil-mija tal-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 151, 15.5.2017.
Full & Egal Universal Law Academy