5.8.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 263/39
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Ġunju 2019 — RV vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-167/17) (1)
(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Artikolu 42c tar-Regolamenti tal-Persunal - Għoti ta’ leave fl-interess tas-servizz - Irtirar awtomatiku - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà parzjali - Kamp ta’ applikazzjoni tal-liġi - Tqajjim ex officio - Interpretazzjoni letterali, kuntestwali u teleoloġika”)
(2019/C 263/43)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: RV (rappreżentanti: inizjalment minn J.-N. Louis u N. de Montigny, sussegwentement minn J.-N. Louis,)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Berscheid u D. Martin, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: inizjalment minn J. Steele u D. Nessaf, sussegwentement minn J. Steele u M. Rantala, u finalment minn J. Steele u C. González Argüelles, aġenti) u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u R. Meyer, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Diċembru 2016 li tqiegħed lir-rikorrent fuq leave fl-interess tas-servizz skont l-Artikolu 42c tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea u, simultanjament, fuq irtirar awtomatiku skont il-ħames paragrafu ta’ din id-dispożizzjoni.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-21 ta’ Diċembru 2016 li permezz tagħha RV tqiegħed fuq leave fl-interess tas-servizz u, simultanjament, fuq irtirar awtomatiku, hija annullata.
2)
Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.
3)
Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti minn RV, inklużi dawk relatati mal-proċedura għal miżuri provviżorji.
4)
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
(1) ĠU C 144, 8.5.2017.
Full & Egal Universal Law Academy