1.7.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 220/35
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Mejju 2019 — RW vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-170/17) (1)
(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Artikolu 42c tar-Regolamenti tal-Persunal - Għoti ta’ leave fl-interess tas-servizz - Irtirar ex officio - Interess ġuridiku - Ammissibbiltà - Kamp ta’ applikazzjoni tal-liġi - Interpretazzjoni litterali, kuntestwali u teleoloġika”)
(2019/C 220/44)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: RW (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn G. Berscheid u A.-C. Simon, sussegwentement minn G. Berscheid u B. Mongin, aġenti)
Suġġett
Talba abbażi tal-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Marzu 2017 li r-rikorrent jitpoġġa fuq leave fl-interess tas-servizz skont l-Artikolu 42c tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea u, simultanjament, f’irtirar ex officio, skont il-ħames paragrafu ta’ din id-dispożizzjoni.
Dispożittiv
1)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Marzu 2017 li biha RW tpoġġa fuq leave fl-interess tas-servizz u, simultanjament, f’irtirar ex officio hija annullata.
2)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk esposti minn RW, inklużi dawk relatati mal-proċedura għal miżuri provviżorji.
(1) ĠU C 161, 22.5.2017.
Full & Egal Universal Law Academy