3.12.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 436/43
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2018 – M & K vs EUIPO – Genfoot (KIMIKA)
(Kawża T-171/17) (1)
((Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Aplikazzjoni għal trade mark tal - Unjoni Ewropea verbali KIMIKA - Trade mark verbali preċedenti tal - Unjoni Ewropea KAMIK - Raġunijiet relattivi għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Użu ġenwin - Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 47(2) u (3) tar-Regolament Nru 2017/1001)))
(2018/C 436/60)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: M & K Srl (Prato, l-Italja) (rappreżentanti: inizjalment minn F. Caricato, sussegwentement minn M. Cartella u B. Cartella, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Markakis u A. Folliard-Monguiral, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Genfoot, Inc. (Montréal, Québec, il-Kanada) (rappreżentanti: E. Saarmann u P. Baronikians, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-12 ta’ Jannar 2017 (Każ R 1206/2016-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Genfoot u M & K.
Dispożittiv
1)
ir-rikors huwa miċħud.
2)
M & K Srl hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 144, 8.5.2017.
Full & Egal Universal Law Academy