25.11.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 399/41
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Settembru 2019 – WhiteWave Services vs EUIPO – Fernandes (VeGa one)
(Kawża T-176/17) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni
għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea VeGa one – Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea verbali preċedenti Vegas – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)ˮ)
(2019/C 399/48)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: WhiteWave Services, Inc. (Broomfield, Colorado, l-Istati Uniti) ammessa sabiex tissostitwixxi lil Sequel Naturals ULC (rappreżentant: H. Lindström, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: P. Sipos, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Carlos Fernandes (Groß-Umstadt, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Stein, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Jannar 2017 (Każ R 2466/2015-1) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn C. Fernandes u Sequel Naturals.
Dispożittiv
1)
WhiteWave Services, Inc. hija ammessa sabiex tissostitwixxi lil Sequel Naturals ULC bħala rikorrenti.
2)
Ir-rikors huwa miċħud.
3)
WhiteWave Services għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).
4)
Carlos Fernandes għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess.
(1) ĠU C 144, 8.5.2017.
Full & Egal Universal Law Academy