9.4.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 123/19
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Frar 2018 – Laboratoire Nuxe vs EUIPO – Camille u Tariot (NYouX)
(Kawża T-179/17) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva NY ouX - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti NUXE - Obbligu ta’ motivazzjoni - L-ewwel sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-ewwel sentenza tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tal-prodotti - Karattru distintiv - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001)”))
(2018/C 123/25)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Laboratoire Nuxe (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: P. Wilhelm u J. Roux, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Folliard–Monguiral u V. Ruzek, aġenti)
Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Élisabeth Camille (Alicante, Spanja) u Jean–Yves Tariot (Alicante)
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ Jannar 2017 (Każ R 718/2016-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn, minn naħa, Laboratoire Nuxe u, min-naħa l-oħra, É. Camille u J-Y. Tariot.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-16 ta’ Jannar 2017 (Każ R 718/2016-5) hija annullata.
2)
Il-EUIPO huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 144, 8.5.2017.