12.11.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 408/50
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Settembru 2018 – EM Research Organization vs EUIPO – Christoph Fischer et al (EM)
(Kawża T-180/17) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali EM - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar- Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Provi prodotti għall-ewwel darba quddiem il-Qorti Ġenerali”))
(2018/C 408/63)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: EM Research Organization, Inc. (Okinawa, il-Ġappun) (rappreżentanti: J. Liesegang, M. Jost u N. Lang, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Ivanauskas u D. Walicka, aġenti)
Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Christoph Fischer GmbH (Stephanskirchen, il-Ġermanja), Ole Weinkath (Hünxe-Drevenack, il-Ġermanja), Multikraft Produktions- und Handels GmbH (Pichl/Wels, l-Awstrija), Phytodor AG (Buochs, l-Isvizzera) (rappreżentanti: M. Kinkeldey, J. Rosenhäger, K. Lochner u M. Peters, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Jannar 2017 (Każ R 2442/2015-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Christoph Fischer, Ole Weinkath, Multikraft Produktions- und Handel u Phytodor, minn naħa waħda, u l-EM Research Organization, min-naħa l-oħra.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
EM Research Organization, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 161, 22.5.2017.
Full & Egal Universal Law Academy