12.11.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 408/50
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Settembru 2018 – Novartis vs EUIPO – Chiesi Farmaceutici (AKANTO)
(Kawża T-182/17) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea AKANTO - Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea KANTOS - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”))
(2018/C 408/64)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Novartis AG (Basel, l-Isvizzera) (rappreżentant: L. Junquera Lara, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment P. Duarte Guimarães u J. Ivanauskas, sussegwentement J. Ivanauskas u D. Walicka, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Chiesi Farmaceutici SpA (Parma, l-Italja) (rappreżentanti: T. de Haan, P. Péters u F. Folmer, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, tad-9 ta’; Jannar 2017 (Każ R 531/2016-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Chiesi Farmaceutici u Novartis.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Novartis AG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 161, 22.5.2017.
Full & Egal Universal Law Academy