Kawża T-183/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ April 2018 – Menta y Limón Decoración vs EUIPO-Ayuntamiento de Santa Cruz de La Palma (Rappreżentazzjoni ta’ raġel b’kostum reġjonali) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta raġel b’kostum reġjonali — Disinni industrijali nazzjonali preċedenti — Raġuni relattiva għal rifjut — Artikolu 53(2)(d) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 60(2)(d) tar-Regolament (UE) 2017/1001) — Projbizzjoni tal-użu tat-trade mark tal-unjoni Ewropea fuq il-bażi tad-dritt nazzjonali — Applikazzjoni tad-dritt nazzjonali mill-EUIPO”)
C2002018MT3810120180424MT0048381381
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ April 2018 – Menta y Limón Decoración vs EUIPO-Ayuntamiento de Santa Cruz de La Palma (Rappreżentazzjoni ta’ raġel b’kostum reġjonali)
(Kawża T-183/17) ( 1 )
“(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta raġel b’kostum reġjonali — Disinni industrijali nazzjonali preċedenti — Raġuni relattiva għal rifjut — Artikolu 53(2)(d) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 60(2)(d) tar-Regolament (UE) 2017/1001) — Projbizzjoni tal-użu tat-trade mark tal-unjoni Ewropea fuq il-bażi tad-dritt nazzjonali — Applikazzjoni tad-dritt nazzjonali mill-EUIPO”)”2018/C 200/48Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Menta y Limón Decoración, SL (Argame, Spanja) (rappreżentant: E. Estella Garbayo, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment S. Palmero Cabezas, sussegwentement J. Crespo Carrillo, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Ayuntamiento de Santa Cruz de La Palma (Santa Cruz de La Palma, Spanja) (rappreżentant: M. J. Sanmartín Sanmartín, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Jannar 2017 (Każ R 510/2015-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Menta y Limón Decoración u Ayuntamiento de Santa Cruz de La Palma.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Menta y Limón Decoración, SL, hija kkundannata għall-ispejjeż.
( 1 ) ĠU C 151, 15.5.2017.
Full & Egal Universal Law Academy