29.10.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 392/27
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2018 – Leifheit vs EUIPO (Pożizzjoni ta’ erba’ kwadri ħodor fuq miżien)
(Kawża T-184/17) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea li tikkonsisti f’erba’ kwadri ħodor fuq miżien - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”))
(2018/C 392/33)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Leifheit AG (Nassau, il-Ġermanja) (rappreżentanti: G. Hasselblatt, V. Töbelmann u P. Schneider, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment V. Mensing u A. Schifko, sussegwentement V. Mensing u D. Hanf, aġenti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Jannar 2017 (Każ R 1115/2016-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal li jikkonsisti f’erba’ kwadri ħodor fuq miżien bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Leifheit AG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 161, 22.5.2017.
Full & Egal Universal Law Academy