Kawża T-187/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Mejju 2018 – Bernard Krone Holding vs EUIPO (Mega Liner) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Mega Liner — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Karattru deskrittiv — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001) — Obbligu ta’ motivazzjoni — L-ewwel sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 94(1) tar-Regolament 2017/1001)”)
C2212018MT2110120180504MT0024211211
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Mejju 2018 – Bernard Krone Holding vs EUIPO (Mega Liner)
(Kawża T-187/17) ( 1 )
“(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Mega Liner — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Karattru deskrittiv — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001) — Obbligu ta’ motivazzjoni — L-ewwel sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 94(1) tar-Regolament 2017/1001)”)”2018/C 221/24Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Bernard Krone Holding SE & Co. KG (Spelle, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Weeg u K. Lüken, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Fischer u W. Schramek, aġenti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, tad-9 ta’ Jannar 2017 (Każ R 442/2016-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali Mega Liner bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Il-punt 2 tad-dispożittiv tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), tad-9 ta’ Jannar 2017 (Każ R 442/2016-1), huwa annullat.
2)
L-EUIPO għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti minn Bernard Krone Holding SE & Co. KG fil-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.
( 1 ) ĠU C 161, 22.5.2017.
Full & Egal Universal Law Academy