Kawża T-200/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Mejju 2018 – SB vs EUIPO (“Servizz pubbliku — Membri tal-persunal temporanju — Kuntratt għal żmien determinat — Deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ tiġdid — Eċċezzjoni ta’ illegalità — Obbligu ta’ motivazzjoni — Dmir ta’ premura — Diskriminazzjoni bbażata fuq l-età”)
C2212018MT2310120180503MT0027231231
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Mejju 2018 – SB vs EUIPO
(Kawża T-200/17) ( 1 )
“(“Servizz pubbliku — Membri tal-persunal temporanju — Kuntratt għal żmien determinat — Deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ tiġdid — Eċċezzjoni ta’ illegalità — Obbligu ta’ motivazzjoni — Dmir ta’ premura — Diskriminazzjoni bbażata fuq l-età”)”2018/C 221/27Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: SB (rappreżentant: S. Pappas, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Tóth u A. Lukošiūtė, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tad-Direttur Eżekuttiv tal-EUIPO tat-2 ta’ Ġunju 2016 li tirrifjuta li jsir it-tieni tiġdid tal-kuntratt tar-rikorrenti kif ukoll tad-deċiżjoni ta’ dan id-direttur tad-19 ta’ Diċembru 2016 li tiċħad l-ilment imressaq minnha.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
SB hija kkundannata għall-ispejjeż.
( 1 ) ĠU C 178, 6.6.2017.
Full & Egal Universal Law Academy