30.4.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 152/33
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Marzu 2018 – SSP Europe vs EUIPO (SECURE DATA SPACE)
(Kawża T-205/17) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea SECURE DATA SPACE - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”))
(2018/C 152/40)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: SSP Europe GmbH (München, il-Ġermanja) (rappreżentant: B. Bittner, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Tóhatí u M. Fischer, aġenti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Jannar 2017 (Każ R 2467/2015-5), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv SECURE DATA SPACE bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
SSP Europe GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 161, 22.5.2017.