Kawża T-211/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Ġunju 2018 – Amplexor Luxembourg vs Il-Kummissjoni (“Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Klassifikazzjoni ta’ offerenti fi proċedura ta’ kaskata — Trattament ta’ opinjonijiet bil-għan li jiġu ppubblikati fis-Suppliment għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea — Ugwaljanza fit-trattament tal-offerenti — Newtralizzazzjoni tal-vantaġġ tal-kontraent preżenti — Abbuż ta’ poter”)
C2762018MT4410120180628MT0073441441
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Ġunju 2018 – Amplexor Luxembourg vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-211/17) ( 1 )
“(“Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Klassifikazzjoni ta’ offerenti fi proċedura ta’ kaskata — Trattament ta’ opinjonijiet bil-għan li jiġu ppubblikati fis-Suppliment għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea — Ugwaljanza fit-trattament tal-offerenti — Newtralizzazzjoni tal-vantaġġ tal-kontraent preżenti — Abbuż ta’ poter”)”2018/C 276/73Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Amplexor Luxembourg Sàrl (Bertrange, il-Lussemburgu) (rappreżentant: J.-F. Steichen, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Estrada de Solà u O. Verheecke, aġenti)
Suġġett
Talba skont l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea (OP) tat-13 ta’ Frar 2017 li jikklassifika lir-rikorrenti fit-tieni pożizzjoni fil-kuntest tas-sejħa għal offerti Nru 10651 għall-konklużjoni ta’ kuntratt qafas ta’ kaskata għat-trattament ta’ opinjonijiet bil-għan li jiġu ppubblikati fis-Suppliment għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Amplexor Luxembourg Sàrl hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċedura għal miżuri provviżorji.
( 1 ) ĠU C 213, 3.7.2017.
Full & Egal Universal Law Academy