Kawża T-213/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ April 2018 – Romantik Hotels & Restaurants vs EUIPO – Hotel Preidlhof (ROMANTIK) (“Trade mark tal – Unjoni Ewropea — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark verbali tal – Unjoni Ewropea ROMANTIK — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Assenza ta’ karattru distintiv akkwistat mill – użu — Artikolu 7(1)(b) u (3) tar – Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l – Artikolu 7(1)(b) u (3) tar – Regolament (UE) Nru 2017/1001)”)
C2002018MT4010120180425MT0051401401
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ April 2018 – Romantik Hotels & Restaurants vs EUIPO – Hotel Preidlhof (ROMANTIK)
(Kawża T-213/17) ( 1 )
“(“Trade mark tal – Unjoni Ewropea — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark verbali tal – Unjoni Ewropea ROMANTIK — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Assenza ta’ karattru distintiv akkwistat mill – użu — Artikolu 7(1)(b) u (3) tar – Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l – Artikolu 7(1)(b) u (3) tar – Regolament (UE) Nru 2017/1001)”)”2018/C 200/51Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Romantik Hotels & Restaurants AG (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Hofmann u W. Göpfert, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Lenz u D. Hanf, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Hotel Preidlhof GmbH (Naturns, l-Italja) (rappreżentant: A. Wittwer, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Frar 2017 (Każ R 1257/2016-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Hotel Preidlhof u Romantik Hotels & Restaurants.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Romantik Hotels & Restaurants AG hija kkundannata għall-ispejjeż.
( 1 ) ĠU C 168, 29.5.2017.
Full & Egal Universal Law Academy