4.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 44/30
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Novembru 2018 – Out of the blue vs EUIPO – Dubois u MFunds USA (FUNNY BANDS)
(Kawża T-214/17) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali FUNNY BANDS - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Artikolu 7(1)(b) u (c) u Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li saru Artikolu 7(1)(b) u (c) u Artikolu 59(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”))
(2019/C 44/38)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Out of the blue KG (Lilienthal, il-Ġermanja) (rappreżentanti: G. Hasselblatt, V. Töbelmann u A. Zarm, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Frydendahl, J. Ivanauskas u D. Walicka, aġenti)
Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Frédéric Dubois (Lasne, il-Belġju); u MFunds USA LLC (Miami Beach, Florida, l-Istati Uniti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Jannar 2017 (Każ R 1081/2016-2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn, minn naħa, Out of the blue, u min-naħa l-oħra, Frédéric Dubois u Mfunds USA.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-20 ta’ Jannar 2017 (Każ R 1081/2016-2), hija annullata sa fejn huwa ċaħad ir-rikors kontra d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni li tiċħad it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali FUNNY BANDS għal “metall prezzjuż u l-ligi tagħhom u prodotti ta’ dan il-materjal jew miksija b’tali metall li ma humiex inklużi fi klassijiet oħra; ġojjelli, ħaġar prezzjuż; ċrieket [ġojjelli]; ċrieket [ġojjelli]; ċpiepet [ġojjelli]; ktajjen [ġojjelli]; keychains dekorattivi” li jaqgħu fil-klassi 14, il-“lasktu, gutta-percha, gomma u prodotti ta’ dan il-materjal li ma humiex inklużi fi klassijiet oħra; pajpijiet flessibbli mhux tal-metall; ċrieket tal-lasktu; lasktu mhux maħdum jew nofsu maħdum; ħbula tal-lasktu” li jaqgħu taħt il-klassi 17 u s-“servizzi ta’ bejgħ bl-ingrossa jew bl-imnut ta’ metall prezzjuż u tal-ligi tagħhom u prodotti ta’ dan il-materjal jew miksija b’tali metall, ġojjelli, ħaġar prezzjuż, ċrieket [ġojjelli], ċrieket [ġojjelli], ċpiepet [ġojjelli], ktajjen [ġojjelli], lasktu, gutta-percha, gomma u prodotti ta’ dan il-materjal, pajpijiet flessibbli mhux tal-metall” li jaqgħu fil-klassi 35.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.
(1) ĠU C 178, 6.6.2017.
Full & Egal Universal Law Academy