14.1.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 16/41
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Novembru 2018 – Mabrouk vs Il-Kunsill
(Kawża T-216/17) (1)
((“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi adottati fil-konfront ta’ ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Tuneżija - Miżuri adottati fil-konfront ta’ persuni ħajta ta’ miżapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi u ta’ persuni u entitajiet assoċjati - Iffriżar ta’ fondi - Lista ta’ persuni, entitajiet u organi li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi - Żamma ta’ isem ir-rikorrent fuq il-lista - Bażai fattwali insuffiċjenti - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Żball ta’ liġi - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Terminu raġjonevoli”))
(2019/C 16/49)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Mohamed Marouen Ben Ali Ben Mohamed Mabrouk (Tuneż, it-Tuneżija) (rappreżentanti: J.-R. Farthouat, N. Boulay u S. Crosby, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Piessevaux u J. Kneale, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/153 tas-27 ta’ Jannar 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (ĠU 2017, L 23, p. 19), u tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/141 tad-29 ta’ Jannar 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (ĠU 2018, L 25, p. 38), safejn dawn id-deċiżjonijiet jikonċernaw lir-rikorrent.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud
2)
Mohamed Marouen Ben Ali Ben Mohamed Mabrouk huwa kkundannat kemm għall-ispejjeż tiegħu kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU C 195, 19.6.2017.
Full & Egal Universal Law Academy