Kawża T-218/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Ġunju 2018 – HF vs Il-Parlament (“Servizz pubbliku — Membri tal-persunal bil-kuntratt — Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal — Talba għal assistenza — Artikolu 12a tar-Regolamenti tal-Persunal — Fastidju psikoloġiku — Kumitat Konsultattiv dwar il-Fastidju u l-Prevenzjoni tiegħu fuq il-Post tax-Xogħol — Deċiżjoni li tiċħad it-talba għal assistenza — Dritt għal smigħ — Prinċipju ta’ kontradittorju — Ċaħda ta’ komunikazzjoni tal-opinjoni tal-kumitat konsultattiv u d-depożizzjonijiet ta’ smigħ ta’ xhieda — Tul tal-proċedura amministrattiva — Terminu raġonevoli”)
C2942018MT4510120180629MT0059451451
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Ġunju 2018 – HF vs Il-Parlament
(Kawża T-218/17) ( 1 )
“(“Servizz pubbliku — Membri tal-persunal bil-kuntratt — Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal — Talba għal assistenza — Artikolu 12a tar-Regolamenti tal-Persunal — Fastidju psikoloġiku — Kumitat Konsultattiv dwar il-Fastidju u l-Prevenzjoni tiegħu fuq il-Post tax-Xogħol — Deċiżjoni li tiċħad it-talba għal assistenza — Dritt għal smigħ — Prinċipju ta’ kontradittorju — Ċaħda ta’ komunikazzjoni tal-opinjoni tal-kumitat konsultattiv u d-depożizzjonijiet ta’ smigħ ta’ xhieda — Tul tal-proċedura amministrattiva — Terminu raġonevoli”)”2018/C 294/59Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: HF (rappreżentant: A. Tymen, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: E. Taneva u M. Ecker, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u li titlob, minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament tat-3 ta’ Ġunju 2016 li permezz tagħha l-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi l-kuntratti ta’ reklutaġġ ta’ dik l-istituzzjoni ċaħdet it-talba għal assistenza mressqa mir-rikorrenti fil-11 ta’ Diċembru 2014 u, min-naħa l-oħra, il-kumpens għad-dannu allegatament subit minnha bħala riżultat tal-atti illegali mwettqa minn din l-awtorità fit-trattament ta’ dik it-talba għal assistenza.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Il-Parlament Ewropew għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess u huwa kkundannat ibati kwart tal-ispejjeż sostnuti minn HF.
3)
HF għandha tbati tliet kwarti tal-ispejjeż tagħha stess.
( 1 ) ĠU C 178, 6.6.2017.
Full & Egal Universal Law Academy