3.6.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 187/68
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ April 2019 — Adapta Color vs EUIPO — Coatings Foreign IP (Bio proof ADAPTA)
(Kawża T-224/17) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva Bio proof ADAPTA - Dikjarazzjoni ta’ Invalidità mill-Bord tal-Appell - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Assenza ta’ karattru distintiv miksub permezz tal-użu - Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar Artikolu 7(3) tar-Regolament 2017/1001) - Ksur tad-dritt għal smigħ - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar Artikolu 94 tar-Regolament 2017/1001) - Provi prodotti għall-ewwel darba quddiem il-Qorti Ġenerali”)
(2019/C 187/72)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Adapta Color, SL (Peñiscola, Spanja) (rappreżentanti: G. Macías Bonilla, G. Marín Raigal u E. Armero Lavie, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Markakis, A. Söder u D. Walicka, aġenti)
Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Coatings Foreign IP Co. LLC (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: A. Rajendra, solicitor u S. Malynicz, QC)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Frar 2017 (Każ R 2521/2015-5), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Coatings Foreign IP u Adapta Color.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Adapta Color, SL hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 202, 26.6.2017.
Full & Egal Universal Law Academy