25.11.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 399/42
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Settembru 2019 – Zhejiang Jndia Pipeline Industry vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-228/17) (1)
(“Dumping - Importazzjonijiet ta’ ċertu tagħmir iwweldjat tarf ma’ tarf ta’ tubi u pajpijiet tal-azzar li ma jsaddadx, imlestija jew le, li joriġinaw miċ-Ċina u mit-Tajwan - Impożizzjoni ta’ dazji antidumping definittivi - Valur normali - Aġġustamenti - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni”)
(2019/C 399/49)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Zhejiang Jndia Pipeline Industry Co. Ltd (Wenzhou, iċ-Ċina) (rappreżentant: S. Hirsbrunner, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche, N. Kuplewatzky u E. Schmidt, aġenti)
Intervenjent insostenn tal-kovenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen u H. Marcos Fraile, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/141 tas-26 ta’ Jannar 2017 li jimponi dazji antidumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu tagħmir iwweldjat tarf ma’ tarf ta’ tubi u pajpijiet tal-azzar li ma jsaddadx, imlestija jew le, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u t- Tajwan (ĠU 2017, L 22, p. 14),
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Zhejiang Jndia Pipeline Industry Co. Ltd hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
3)
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
(1) ĠU C 195, 19.6.2017.
Full & Egal Universal Law Academy