23.4.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 142/50
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Marzu 2018 – Rstudio vs EUIPO – Embarcadero Technologies (RSTUDIO)
(Kawża T-230/17) (1)
((Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea - Trade mark verbali RSTUDIO - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti ER/STUDIO - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh bejn sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001) - Użu ġenwin tat-trade mark preċedenti - Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 47(2) u (3) tar-Regolament Nru 2017/1001)”))
(2018/C 142/67)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Rstudio, Inc. (Boston, Massachusetts, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Edenborough, QC, u G. Smith, solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Gája u D. Walicka, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Embarcadero Technologies, Inc. (San Francisco, California, l-Istati Uniti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Frar 2017 (Każ R 493/2016-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Embarcadero Technologies u Rstudio.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Rstudio, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 178, 6.6.2017.