26.2.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 72/36
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Jannar 2018 – SE vs Il-Kunsill
(Kawża T-231/17) (1)
((“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Remunerazzjoni - Allowances tal-familja - It-tielet paragrafu tal-Artikolu 2(2) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal - Kunċett ta’ ‘wild dipendenti’ - Kunċett ta’ ‘wild li lejha uffiċjal għandu obbligu ta’ manteniment taħt deċiżjoni ġudizzjarja bbażata fuq il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru dwar il-protezzjoni tal-minuri’ - Rifjut li jingħata l-istatus ta’ wild dipendenti lin-neputija ta’ uffiċjal”))
(2018/C 072/47)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: SE (rappreżentant: N. de Montigny, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u R. Meyer, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ġunju 2016, li permezz tagħha l-Awtorità tal-Ħatra ta’ din l-istituzzjoni rrifjutat li tirrikonoxxi li n-neputija tar-rikorrent kienet “wild dipendenti” ta’ dan tal-aħħar fis-sens tat-tielet paragrafu tal-Artikolu 2(2) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
SE huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 213, 3.7.2017.