12.11.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 408/51
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Settembru 2018 – Il-Portugall vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-233/17) (1)
((“FAEG u FAEŻR - Infiq eskluż mill-finanzjament - Infiq magħmul mill-Portugall - Ħlas dirett - Programm POSEI - Eċċess tal-limiti - Dewmien fil-ħlas - L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament Nru 885/2006 - Korrezzjoni finanzjarja doppja - Drittijiet tad-difiża - Proporzjonalità”))
(2018/C 408/65)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, M. Figueiredo, J. Saraiva de Almeida u P. Estêvão, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Triantafyllou, D. Bianchi u B. Rechena, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2017) 766 final, tal-14 ta’ Jannar 2017, li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri fi ħdan il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u fi ħdan il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), sa fejn hija eskludiet mill-finanzjament tal-Unjoni ċertu nfiq iddikjarat mir-Repubblika Portugiża fil-kuntest tal-programm “POSEI – Sistema Speċifika ta’ Provvista”, u “Ħlas dirett marbut mal-kampanja 2010”.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 213, 3.7.2017.
Full & Egal Universal Law Academy