6.5.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 155/40
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Marzu 2019 — Spanja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-237/17 (1)
(“FAEG u FAEŻR - Infiq eskluż mill-finanzjament - Infiq imwettaq minn Spanja - Kriterju ta’ rikonoxximent ta’ organizzazzjoni ta’ produtturi - Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 - Korrezzjoni finanzjarja”)
(2019/C 155/47)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: inizjalment A. Gavela Llopis, M. A. Sampol Pucurull u S. Jiménez García, sussegwentement M. A. Sampol Pucurull u S. Jiménez García, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni (rappreżentanti: D. Triantafyllou u I. Galindo Martín, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/264 tal-14 ta’ Frar 2017 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri fi ħdan il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u fi ħdan il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU 2017, L 39, p. 12), sa fejn din teskludi ċerti infiq imwettaq mir-Renju ta’ Spanja.
Dispożittiv
1)
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/264 tal-14 ta’ Frar 2017 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri fi ħdan il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u fi ħdan il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), sa fejn din teskludi ċerti infiq imwettaq mir-Renju ta’ Spanja, hija annullata sa fejn din tapplika korrezzjoni b’rata fissa ta’ 10 %.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Ir-Renju ta’ Spanja u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.
(1) ĠU C 202, 26.6.2017.
Full & Egal Universal Law Academy