12.11.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 408/52
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Settembru 2018 – Gugler vs EUIPO – Gugler France (GUGLER)
(Kawża T-238/17) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva GUGLER - Isem tal-kumpannija nazzjonali preċedenti Gugler France - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2017/1001] - Probabbiltà ta’ konfużjoni”)
(2018/C 408/66)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Alexander Gugler (Maxdorf, il-Ġermanja) (rappreżentant: M.-C. Simon, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment P. Sipos, sussegwentement A. Folliard-Monguiral, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Gugler France (Besançon, Franza) (rappreżentant: A. Grolée, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-31 ta’ Jannar 2017 (Każ R 1008/2016-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Gugler France u Alexander Gugler.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-31 ta’ Jannar 2017 (Każ R 1008/2016–1) hija annullata.
2)
L-EUIPO għandu jbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tiegħu, l-ispejjeż sostnuti minn Alexander Gugler.
3)
Gugler France għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.
(1) ĠU C 195, 19.6.2017.
Full & Egal Universal Law Academy